Video

Baglioni e la Lewis con Joseph Calleja

HOTELS E LINKS UTILI AL TUO VIAGGIO

Claudio Baglioni u Leona Lewis ma’ Joseph Calleja f’kunċert fuq il-Fosos

Fit-18 ta’ Lulju, it-tenur Malti Joseph Calleja se jżomm l-appuntament annwali mal-pubbliku lokali. B’kunċert spettakolari fuq il-Fosos tal-Floriana, fost il-mistednin distinti din is-sena se jkun hemm il-kant-awtur Claudio Baglioni. Il-kuncert se kun jista’ jigi segwit b’xejn mill-pubbliku u se jixxandar fuq diversi stazzjonijiet televiżivi barranin.

Għalkemm ma żvelax x’kanzunetti li se jinterpreta, waqt konferenza tal-aħbarijiet Calleja indika li se jkun hemm saħansitra xi kanzunetti Maltin li jistgħu jitkantaw minn Claudio Baglioni.  Minbarra l-kant-awtur Taljan, Calleja se  jidwetta mal-kantanta Ingliż Leona Lewis, il-Baritonu minn Wales Bryn Terfel, u s-sopran ċkejkna Federica Falzon/

“Nieħu pjaċir inkanta għall-Maltin.  Ma nistax nagħmel ħafna dati fil-kalendarju tiegħi biex inkanta Malta minħabba l-obbligazzjonijiet tiegħi barra minn Malta.  Allura wieħed fl-apert b’20,000 jew 30,000 ruħ, apparti li hija xi ħaġa ferm sabiħa li tara l-emozzjoni kollha ta’ dawk in-nies quddiemek, hija ħaġa li bl-ispettaklu, bil-murtali, kantanti, orkestra, kor tat-tfal kbir, huwa l-uniku format li jista’ jiġi preżentat huwa b’dan il-mod”, qal Calleja.

Id-direttur tal-kumpanija NNG, Nigel Camilleri, qal li mad-19-il pajjiż minn madwar id-dinja ser jxandru l-kunċert ta’ Calleja lil miljuni ta’ spettaturi.  Fost l-istazzjonijiet semma lill-SBS tal-Awstralja, Sky Arts tar-Renju Unit, Sky tal-Italja, TRT tat-Turkija, u D tad-Danimarka.  Il-PBS mistenni jiffinalizza taħdidiet biex ixxandar is-serata fuq TVM/

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis identifika dan il-kunċert bħala wieħed mill-iktar prestiġġjużi fil-kalendarju kulturali lokali li bih jistgħu jiġu attirati iktar turisti.

Il-kunċert se jservi  ta’ pjattaforma għall-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, li se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Bateman, bil-parteċipazzjoni tal-Kor tat-Tfal ta’ Joseph Calleja.

Fonte articolo

The Godfather

The Godfather [Il Padrino] - Dietro questo nickname si cela il nostro fondatore e amministratore unico TONY ASSANTE, più grigio ma MAI domo. Il logo (lo chiedono in molti) è il simbolo dei FANS di Elvis Presley (Cercate il significato in rete).

Lascia un commento

Il tuo indirizzo email non sarà pubblicato. I campi obbligatori sono contrassegnati *

Questo sito usa Akismet per ridurre lo spam. Scopri come i tuoi dati vengono elaborati.

Pulsante per tornare all'inizio